News & Events
2,738
Għaqda Muzikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura
L-Għaqda Mużikali u Soċjali ‘Madonna tal-Karmnu’ twaqqfet fl-1985 u hija l-unika banda fil-Fgura
✝️ Ħarġa għall-Wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa ✝️![]()
L-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura qed torganizza ħarġa għal wirjiet reliġjużi fil-Mosta, n-Naxxar u l-Gudja nhar l-Erbgħa 16 ta’ April.
Wara, ser nattendu wkoll il-purċissjoni s-sewda ġewwa l-Birgu.![]()
Prezz: €10 li jinkludi:![]()
• Trasport minn quddiem il-każin fil-5pm![]()
• Ftira biż-żejt u Soft drink![]()
⚠️ Postijiet limitati – Ibbukkjaw fuq ☎️ 79947242
O Madonna tad-Duluri,
Mhux il-ward
Jiena fittixt ħa nsebbaħ darek
U nfewwaħlek lil altarek,
Imma x-xewk minn qalb ix-xagħri
U għollieq, marrad, musfari,
O Madonna tad-Duluri,
Dana biss!![]()
O Madonna tad-Duluri,
l-oħrajn ġew
U bid-deheb għammru lil darek,
U bil-ħaġar sawru altarek –
Jiena biss kont il-barrani
Mingħajr ward u deheb il-għani,
Jiena biss!![]()
O Madonna tad-Duluri,
Ma stmerrejtx
Int l-imnikket ġewwa darek,
‘Ma tbissimt minn fuq altarek,
Kollok ħlewwa, kollok ħniena,
Serraħt Int lill-qalb għajjiena.
Inti biss!![]()
Mill-Għanja tal-Imnikket (Rużar Briffa)
Tinfetaħ uffiċjalment il-wirja Mit-tbatija sal-Glorja ġewwa il-Każin tal-Banda tal-Fgura. Inħeġġukom biex tattendu din il-wirja kif ukol il-wirjiet kollha li qed jittellaw fir-raħal tagħna tal-Fgura.
Niltaqgħu llejla.Għada il-Ħamis 10 ta' April fis-7.30pm nistidnukom tingħaqdu magħna għall-ftuħ uffiċjali tal-Wirja 'Mit-tbatija sal-Glorja'. Narawkom !!!