Maestro

Out estimed Maestro

Surmast

Espost għallmużika klassika minn età żgħira, beda lmawra mużikali tiegħu fl-1995 taħt ittmexxija ta’ Mro David Agius malGħaqda Madonna talGrazzja Banda San Mikiel AD 1883 ta’ ĦażŻabbar. Wara li għadda missolfeġġ, għażel li jkompli listudji tiegħu bilflawt. Kompla listudji tiegħu privatament għand Mro Paul Buttigieg, fejn fissena 2002 ħareġ idoqq ilflawt malBanda San Mikiel. Fissena 2005 beda jdoqq lalthorn taħt Mro Dennis Camilleri, magħruf bħala “lKurun”. Tul dan iżżmien beda anke jagħmel leżamijiet talLondon College of Music kemm fitTeorija kif ukoll filPrattika, fejn dejjem għadda blUnuri.

Fl2008 kiteb lewwel marċ tiegħu filwaqt li fissnin 2010 u 2011 ġab idDiplomi Dip. LCM u ALCM. Fl2012 beda jitħarreġ fidDirezzjoni Mużikali u Orkestrali taħt ilgwida talKavallier Mro Mark Agius fejn fl2014, f’kunċert li lOrkestra talKeyboards Maleth Sinfonia tellgħet ġewwa Dar ilMediterran, iddebutta billi dderieġa silta f’dan ilProgramm. F’Novembru tal2015 kien avviċinat millGħaqda Mużikali Banda Sant’Anna ta’ Marsaskala biex jieħu ttreġija ta’ din ilBanda. F’Mejju tal2018, wara sejħa li lGħaqda Mużikali u Soċjali Madonna talKarmnu Fgura għamlet għallpożizzjoni ta’ Ass. Surmast, hu kien intgħażel biex jokkupa din ilkariga. F’Ottubru talistess sena nħatar ukoll Ass. Surmast talGħaqda Banda Żejtun 1933.

Fl2019 kien avviċinat millġdid u minnaħa tiegħu aċċetta b’entużjażmu lkariga ta’ Surmast Direttur talGħaqda Mużikali u Soċjali Madonna talKarmnu. Fost iddiversi kunċerti vokali u strumentali mtellgħa għallokkażjonijiet matul ittreġija tiegħu, jispikka lKunċert Mużikali ta’ Santa Ċeċilja, ilPatruna talMużiċisti. Dan ittella’ fitTeatru Manoel nhar id29 ta’ Jannar 2023 u ta’ min jgħid li kienet opportunità oħra sabiex ilBanda tasSoċjetà terġa’ tesebixxi kunċert ieħor f’isem ilPatruna kunċert li għal kull Banda jseħħ qisu kull mitt sena! B’hekk ma naqasx ilprestiġju talokkażjoni, kemm għasSurmast kif ukoll għallbandisti u lmembri li ħadu sehem.

Filmira tiegħu kellu wkoll li jissinkronizza ddaqq talBanda mallogħob tannar. Lewwel sperimentar beda fl2022 bissilta Marcia Slava talkompożitur Russu Pyotr Ilyich Tchaikovski filProgramm talFesta, biex intlaħaq ilqofol filFesta tassena ta’ wara, meta ssinkronizzar sar massilta Tribute (tribut lidDJ ta’ fama internazzjonali Avicii), li ntlaqa’ ferm tajjeb millpubbliku preżenti. B’hekk saret esperjenza annwali fejn filKunċert ta’ Lejlet ilFesta 2024, għal darb’oħra reġa’ għaqqad illogħob tannar u lBanda ma’ Viva la Vida u A Sky Full of Stars.

Barra millobbligazzjonijiet lejn ilBanda, filkunċerti li jiġu organizzati matul issena, hu jagħti wkoll ħinu għattagħlim talmużika lillallievi talGħaqda. Hu jgħallem kemm strumenti tarramm kif ukoll itTeorija Mużikali. Lallievi li jieħu ħsieb ivarjaw minn tfal ta’ età ċkejkna sa adulti.